Is-Sibt 8 ta’ Frar. Malta tat l-aħħar tislima lil wieħed minn uliedha li ħadem qatigħ favur is-soċjetà kollha, il-Monsinjur Victor Grech – il-fundatur ta’ Caritas Malta.
Dan wara li nhar l-Erbgħa li għadda, Dun Victor ħalla din id-dinja fl-għomor ta’ 95 sena.
Din l-aħħar tislima ġiet ikkonċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta, il-Monsinjur Charles Scicluna.
Preżenti għal din l-aħħar tislima kien hemm il-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono u żewġha Anthony, il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia, l-Ispeaker Anġlu Farrugia u membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra.