Matul l-għodwa tal-Ġimgħa, ingħatat l-aħħar tislima lill-kowċ mitiku Żvediż Sven-Göran Eriksson, li miet fl-età ta’ 76 sena wara li ġie dijanoss b’kanċer terminali fil-frixa.
Eriksson miet fir-residenza tiegħu f’Björkefors nhar is-26 t’Awwissu li għadda.
Il-funeral sarlu fil-knisja ta’ Fryksände f’Torsby l-Iżvezzja, fejn għalih, attendew numru ta’ nies, inkluż leġġendi tal-futbol li uħud minnhom kienu taħt it-tmexxija tiegħu, fosthom David Beckham.
Matul il-karriera tiegħu, Eriksson ikkowċja numru ta’ timijiet, fosthom Lazio, Roma, Sampdoria, Benfica, u Manchester City, kif ukoll mexxa lit-tim nazzjonali Ingliż mill-2001 sa 2006, u lit-tim nazzjonali Messikan, tal-Kosta tal-Ivorju, u tal-Filippini.
Kien propju meta ħabbar il-mard li saħaq li minn dejjem kienet il-ħolma tiegħu li jikkowċja lit-tim Ingliż ta’ Liverpool; u f’Marzu li għadda, hu qata’ xewqtu meta kkowċja lit-tim Ingliż f’logħba ta’ ħbiberija, bejn eks-plejers, kontra t-tim Olandiż ta’ Ajax.