Dalgħodu fil-Katidral ta’ Palermo, ingħatat l-aħħar tislima lill-istilla tat-tim nazzjonali Taljan tat-Tazza tad-Dinja tal-1990, Totò Schillaci, li miet fit-18 ta’ Settembru fl-età ta’ 59 sena. Hu miet wara marda kontra l-kanċer, u riċentament, kien l-isptar ukoll minħabba l-kundizzjoni ta’ pneumonia, li kompliet tiggravalu l-kundizzjoni tiegħu.
Mijiet inġabru għall-funeral tiegħu, fejn ma naqsitx il-preżenza tal-Curva Nord tat-tim lokali ta’ Palermo, il-belt li fiha twieled Schillaci.

Matul iċ-ċeremonja ta’ ħajtu, it-tebut ġie miksi minn xalel ta’ eks-timijiet li lagħab magħhom, inkluż dawk ta’ Inter u Juventus.

Schillaci jibqa’ mfakkar l-aktar għas-sitt gowls li skurja matul it-Tazza tad-Dinja fl-1990 li saret fl-Italja stess.