Eluf ta’ Ġappuniżi taw l-aħħar tislima lil Eks Prim Ministru Shinzo Abe li ġie maqtul il-ġimgħa li għaddiet waqt attività politika.
Fil-preżenza qawwija tal-Pulizija, Abe ngħata l-aħħar tislima fit-tempju ewlieni ta’ Tokyo, Zojoji għal funzjoni privata.
Imbagħad eluf nġabru barra sabiex jsellmu lill-Eks Mexxej ta’ pajjiżhom.
Wara l-funzjoni privata il-korteo għamel dar f’Tokyo fejn il-ġisem ta’ Abe żar postijiet importanti fosthom il-binja tal-Parlament li daħal fiha bħala deputat fl-1993.
Il-qtil makabru tiegħu ħasad lil bosta madwar id-dinja minħabba li l-Ġappun huwa post b’rati ta’ kriminalità baxxi.