Fil-Knisja ta’ San Ġorġ f’Ħal-Qormi ma kienx hemm fejn toqgħod ras ta’ labra hekk kif imtliet bil-qraba u l-ħbieb ta’ Lino Mangion.
Magħruf bħala l-Pewx, Mangion inqatel f’ħanut tat-tapezzerija ġewwa Ħ’Attard, permezz ta’ sparaturi li laqtu lilu u lil sid il-ħanut, Raymod Grima.
Fr Mario Mangion, waqt l-Omelija, qal li dan id-delitt makabru xxokkja lil kulħadd u spjega kif Lino ser jibqa’ imfakkar għad-dedikazzjoni tiegħu lejn il-padrun, San Ġorġ u l-festa tiegħu.
L-għaqda tan-Nar fakkret il-memorja tiegħu b’ħarqa tan-nar hekk kif inħareġ it-tebut mill-Knisja.