Fil-Bażilika tar-Rotunda tal-Mosta ingħatat l-aħħar tislima lil Catherine Farrugia, omm l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Dr Anġlu Farrugia.
Imwielda l-Mosta, is-Sinjura Farrugia kienet omm ta’ ħamest itfal, nanna ta’ sitta u bużnanna ta’ sitta wkoll. Ta’ 17-il sena, hija żżewġet lil George u romlot għaxar snin ilu.
Hija mietet nhar it-Tnejn filgħodu fl-eta ta’ 84.
Fil-bażilika iddedikata lil Marija Assunta fil-Mosta, kienu ħafna li nġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lil Catherine Farrugia.
Fl-omelija, l-Arċipriet Dun Sebastjan Caruana spjega li Catherine kienet waħda mill-magħżulin minn Alla, fejn dejjem baqgħet fidila lejh, biex issa se tkun qed tgawdi l-ħajja eterna miegħu.
L-Arċipriet spejga li Catherine kienet mara maħbuba ħafna minn kulħadd, u saħaq li fil-ħajja tagħha, hi kienet eżempju ċar ta’ kif in-Nisrani vera għandu ikun leali lejn Alla.
Għall-funeral kien hemm preżenti id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u diversi membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra.