Ingħatat l-aħħar tislima lil Charlene Farrugia, li l-fdalijiet tagħha kienu nstabu moħbija fis-swar tal-Belt sentejn ilu. Hija kienet għebet 13-il sena ilu meta kellha 25 sena.
Farrugia kienet ġiet irrapportata nieqsa fl-2008, u fl-2019, l-eks sieħeb tagħha John Paul Woods kien rappurtat jgħid li lill-Pulizija li kien hu li qatilha u ndikahom fejn huma l-fdalijiet tagħha. Woods kien ġie arrestat mill-Pulizija meta pprova jisraq minn ħanut fil-Gżira u jinsab anki mixli bil-qtil ta’ Farrugia.
Minn eżamijiet forensiċi li saru kien ġie kkonfermat li l-fdalijiet li nstabu fis-swar kienu ta’ Charlene Farrugia.
Bħalissa Woods qed jiskonta sentenza ta’ ħabs b’rabta ma’ serq, iżda l-kumpilazzjoni b’rabta mal-omiċidju ta’ Charlene Farrugia għadha qed tinstema’ fil-Qorti.
F’Ottubru li għadda l-Qorti rrilaxxat il-fdalijiet ta’ Charliene Farrugia għad-difna.
F’xhieda li kien ta waqt il-kumpilazzjoni tal-każ tal-qtil ta’ Farrugia, missier il-vittma kien qal li sar jaf li sabu l-fdalijiet ta’ bintu, jum biss wara li żar il-qabar ta’ Kristu f’Ġerusalemm