Stabbilimenti kummerjċali jew li joffru xi servizz jistgħu jerġgħu jibdew jagħtu skont lil dawk li juru l-kartanzjan. Dan hekk kif il-Gvern u d-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva nedew sejħa mill-ġdid għal dawn it-tip ta’ organizzazzjonijiet.
Dawn jinkludu:
- In-negozji kollha li jbiegħu l-prodotti inkluż ħwejjeġ, ikel, jew servizzi mhux meqjusa essenzjali bħal dawk tas-sbuħija;
- Stabbilimenti ta’ divertiment, lukandi u ristoranti;
- Organizzazzjonijiet kulturali;
- Servizzi jew bejgħ ta’ apparat domestiku;
- Servizzi ta’ trasport;
- Safar, u
- Fornituri ta’ servizzi relatati mal-komunikazzjoni.
“Qed naħdmu wkoll fuq ktejjeb biex min imur f’lokalità partikolari jkun jaf liema stabbilimenti se joffru l-iskont. Aħna nemmnu li b’dan il-pass se nsaħħu dak li nemnnu fih, li jkollok anzjanità attiva” Qal is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità Dr Renzo De Gabriele qal li l-proposti kollha sottomessi fuq is-sit tal-activeageing se jiġu evalwati u se ssir laqgħa mar-rappreżentati tal-fornituri tas-servizz sabiex il-proposta tiġi diskussa iżjed fid-dettal.