Il-Pulizija kompliet tqassam iċ-ċertifikati lil dawk it-tfal li bagħtulhom it-tpenġijiet sabiex jinkoraġġuhom u jagħmluhom il-kuraġġ f’dan iż-żmien diffiċli tal-pandemija.
S’issa tqassmu 221 ċertifikat.
Tifla li pparteċipat f’din l-inizjattiva ngħatat iċ-ċertifikat mill-ġenituri tagħha li t-tnejn huma membri tal-Korp tal-Pulizija iżda huma stazzjonati f’distretti differenti.
Din l-inizjattiva se tibqa’ miftuħa sal-aħħar ta’ Mejju.
Ritratt: Malta Police Force/ Facebook