Dalgħodu qed tingħata l-bidu għas-sena Forensi fejn il-Qrati tal-Ġustizzja jibdew jirrankaw.
Din bdiet b’quddiesa li ġiet iċċelebrata mill-Arċisqof Charles J Scicluna fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta fejn wara ġiet segwita f’Awla 22 fil-Qorti fil-Belt Valletta. Fil-preżenza tal-għola awtoritajiet f’pajjiżna fosthom anke l-Prim Imħallef u l-membri tal-Ġudikatura, l-Arċisqof appella lill-avukati sabiex ikunu qrib in-nies- li jkunu hemm għal min għandu bżonn il-faraġ, il-kunsill, id-dawl u l-parir it-tajjeb.
Filwaqt li sellem lill-Prim Imħallef il-ġdid Joseph Azzopardi.