Mad-daqq tal-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca tat bidu għall-għaxar edizzjoni tal-Maratona Tal-Voleyball fid-Dar tal-Providenza.
Il-Maratona hija twila tlieta u ħamsin siegħa u mistennija tispiċċa nhar il-Ħadd fil-disgħa u nofs ta’ filgħaxija.
Hekk kif id-dar tal-Providenza tonfoq madwar tnax-il elf ewro kuljum biex topera, din il-maratona annwali toffri għajnuna siewja ħafna.
Is-sena l-oħra s-somma miġbura kienet tammonta għal iżjed minn tliet mitt elf ewro.
Din is-sena madwar tmenin atleta offrew li jieħdu sehem fil-maratona.
Ma’ dawn qed jaħdem ukoll tim ta’ madwar mitejn volontier biex din il-maratona terġa’ tkun ta’ suċċess. Nisimgħu issa l-ewwel kummenti tad-direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr.Martin Micallef hekk kif bdiet din il-maratona.