F’Kalifornja kelba li kienet ilha rrapportata nieqsa minn sidha għal aktar minn tnax-il sena ngħaqdet lura ma’ familtha.
Dan hekk kif Zoey, sfat abbandunata u mwaddba minn vettura fi proprjetà rurali qrib Stockton fejn persuna li sabitha għamlet rapport mal-Pulizija dwar kelb li deher kbir fl-età u ma jiflaħx.
Tim ta’ salvataġġ tal-annimali ċċekkjaw iċ-ċippa tal-kelba, liema dettalji kienu jgħajtu lil sidha u li kien sar rapport dwarha proprju għaxar snin ilu li kien intilfet u li wara tant snin nieqsa, saħansitra tniżżlet bħala mejta.
Is-sidien tal-kelba ma setgħux jemmnu l-aħbar u baqgħu mingħajr kliem mar-ritorn ta’ Zoey fejn sostnew kif jinsabu kuntenti ferm li reġgħet ingħaqdet magħhom u ma’ oħtha li wkoll kienet adottata magħha.