Triq Diċembru 13 li mill-Belt tieħdok lejn Triq Aldo Moro tinsab magħluqa għat-traffiku wara li żviluppaw xi nirien fuq billboard.
Filwaqt li n-nirien ġew mitfija minn membri tal-Protezzjoni Ċivili t-triq kellha tingħalaq minħabba xi perikli li hemm.
Intant, permezz tal-paġna tagħhom fuq Facebook il-Pulizija appellat lill-pubbliku sabiex jevita ż-żona.