Wara ħsarat fil-kanna prinċipali tad-drenaġġ tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Triq il-Kosta l-ġimgħa l-oħra, Transport Malta se tkun qed tirritorna l-parti affetwata għall-kundizzjoni oriġinali tagħha.
Parti minn korsija waħda, fid-direzzjoni ta’ Pembroke, se tingħalaq għat-traffiku llum f’nofsinhar. Ix-xogħol mistenni jitlesta nhar is-Sibt li ġej.