L-għassa tal-Pulizija tar-Rabat se tkun qed tingħalaq b’mod temporanju minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni estensivi.
Il-pubbliku issa se jkun jista’ jaċċessa s-servizzi tal-Pulizija tad-Distrett mill-Għassa tal-Imdina, filwaqt li s-servizzi tal-Uffiċċju ġew rilokati għall-Għassa tal-Imtarfa.
Is-servizz tal-Pulizija tal-Komunità ġewwa din il-lokalità se jibqa’ għaddej b’mod normali.
Fi stqarrija ntqal li l-prijorità tal-Korp tal-Pulizija tibqa’ dik li jtejjeb l-ambjent tax-xogħol minn fejn joperaw il-pulizija, imma wkoll li jkompli joffri l-aqwa servizz lill-pubbliku.
Il-Pulizija se tibqa’ aċċessibbli u qrib il-komunità u f’każ li persuna jkollha bżonn l-assistenza tal-pulizija, iżda mhux emerġenza, jibqa’ irrakkomandat li ċċempel fuq in-numru 119 jew fuq in-numru 21224001. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent.