Iż-żona ta’ madwar it-Torri ta’ Għajn Tuffieħa, l-Imġarr, ingħalqet kompletament għall-pubbliku għal raġunijiet ta’ sigurtà.
Dan tħabbar mill-Pulizija, f’kitba fuq il-midja soċjali, fejn ġie spjegat kif l-istruttura u ż-żona tal-madwar huma f’riskju li jiġġarrfu u għaldaqstant aċċess għaż-żona huwa perikoluż.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija appellat biex kulħadd jirrispetta l-barrikati u s-sinjali li tpoġġew fuq il-post.