Drone li kien qed jittajjar viċin tal-ajruport ta’ Gatwick wassal biex tingħalaq ir-runway.
Kelliem għall-ajruport qal li r-runway ingħalqet għal total ta’ 14-il minuta l-Ħadd filgħaxija meta l-ħaddiema tal-ajruport lemħu d-drone.
Erba’ titjiriet tal-EasyJet u titjira waħda ta’ British Airways kienu affettwati minn din is-sitwazzjoni hekk kif ġew iddevjati.
Il-Pulizija ta’ Sussex qed tinvestiga dan il-każ biex jiġi stabbilit kif dan id-drone kien qed jittajjar f’żona li fiha mhux suppost jintuża minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.