L-Ebola fil-Congo nfirxet mill-kampanja għall-belt, u wasslet għal biżgħat li l-marda ser tkun dejjem aktar diffiċli li tiġi kkontrollata.
Il-ministru għas-saħħa, Oly Ilunga Kalenga kkonferma każ f’Mbandaka, belt b’miljun persuna li tinsab mat-tmenin mil miż-żona fejn kienu kkonfermati l-ewwel każijiet ta’ Ebola, aktar kmieni dan ix-xahar.
Tnejn u erbgħin persuna sa issa ġew infettati bl-Ebola u tlieta u għoxrin persuna huma kkonfermati mejta.