L-Awtoritajiet tas-saħħa llum ġew infurmati li fl-isptar Mount Carmel infixret l-infezzjoni msejħa gastroenteritis.
Is-sintomi relatati ma’ din l-infezzjoni ġew rapportati f’għaxar swali tal-isptar Mount Carmel, żewġ pazjenti minn dawk affetwati ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura.
Dwar dawn il-każijiet inħatret investigazzjoni mis-Sovraintendent tas-saħħa pubblika biex is-sitwazzjoni tiġi analizzata. Miżuri biex din l-infezzjoni tiġi kkontrollata daħlu immedjatament fis-seħħ, b’dawk infettati tpoġġew fi kmamar separati mill-bqija tal-pazjenti.
Qed issir spezzjoni ukoll fil-kċina tal-istess sptar.