Infetħet l-ewwel parti ta’ Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq wara tant stennija u ħidma li saret, fejn mhux biss ġiet irranġatha imma wkoll tkabbret biex b’hekk saret waħda spazzjuża.
Issa jmiss li jitkompla x-xogħol fuq in-naħa tar-residenti fejn ix-xogħol mistenni jkun lest sas-sas-sajf li ġej.
Hemm il-ħsieb ukoll li ssir funtana ġdida fid-daħla taż-Żurrieq biex tikkomplimenta dan il-proġett.
Ħabbar dan is-Sindku taż-Żurrieq Ignatius Farrugia. Ix-xogħol sar minn Transport Malta u l-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.
Ara wkoll: