Infetħet l-ewwel korsa tal-ostakli pubblika f’pajjiżna nfetħet fil-Park ta’ San Klement f’Ħaż-Żabbar.
Il-korsa hija mifruxa fuq 2,700 metru kwadru u tipprovdi lill-isportivi bl-opportunità li jippratikkaw l-isport favorit tagħhom f’park pubbliku.
Din il-korsa li tista’ tintuża minn dawk li għandhom ‘il fuq minn tlettax-il sena hija mgħammra b’għaxar ostakli differenti.
Dan l-investiment minn Project Green sar bil-għan li joħloq spazju għal dan it-tip ta’ sport li qed jiżdied fil-popolarità tiegħu.
Waqt workshop li sar flimkien ma’ Bulletproof, kien hemm preżenti l-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green Steve Ellul. Huwa sostna li proġett bħal dan qed iżid aktar l-involviment tal-komunità waqt li tkompli tiġġenera aktar spazji miftuħa.
Min-naħa tagħha, il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli esprimiet l-impenn tal-Gvern biex jżid aktar spazji miftuħa u biex dawn iż-żoni jintużaw bl-aħjar mod biex jattiraw viżitaturi ta’ etajiet varji.