Fil-kumpless sportiv ta’ Maria Assumpta fil-Ħamrun, twaqqfet l-ewwel akkademja tal-isnooker f’Malta.
Fost il-ħafna atleti li jipprattikaw dan l-isports, kien hemm preżenti erba’ Maltin li għamlu unur lil Malta kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment, fosthom Tony Drago, Pawlu Mifsud, Guzi Grech u Alex Borg.
Il-ftuħ uffiċċjali sar mis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, u l-President tal-Għaqda tal-isnooker f’Malta, Frans Bugeja.
Il-progett jiswa €700,000 u jinkludi sebat imwejjed tal-isnooker professjonali tal-ogħla livell, 3 imwejjed tal-isnooker għat-tfal, u uffiċċju għal Malta Billiard and Snooker Association fost faċilitajiet oħra.