It-Tlieta sar il-Ftuħ tal-Proċess Roman tal-Kawżi għall-Beatifikazzjoni u Kanonizzazjoni ta’ Henry u Inez Casolani, liema proċess skatta lura fl-2015, fejn kienu nfetħu l-kawżi għall-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni tagħhom, fejn imbagħad seta’ jwassal biex tibda’ tinstema’ x-xhieda u l-informazzjoni dwar il-ħajja qaddisa li għexu bħala mudell ta’ Qaddejja ta’ Alla fiż-żwieġ u anke fil-ħajja ta’ kuljum. Fil-ħajja u fl-istorja tal-Knisja f’Malta dan hu l-ewwel każ f’Malta ta’ koppja miżżewġa li ser jiġi studjat.
Il-koppja Casolani huma magħrufa sew għall-karità’ u l-ġid li għamlu tul ħajjithom, iżda wkoll wara mewthom, fejn ħafna huma dawk li tkellmu, anke fuq il-midja soċjali, u qalu li talbu lil Henry u Inez għal xi grazzja, li inqalatilhom. Barra minn hekk, dawn ġew meqjusa bħala inkjesti u provi biex Casolani jkunu jistgħu jiġu beatifikati.
Il-Koppja Casolani kellhom wild wieħed, Suor Cecilia Casolani, fejn din ingħaqdet mas-Sorijiet ta’ San Ġuzepp. Fl-1985, Suor Cecilia marret il-missjoni, f’Calcutta, l-Indja, fejn waqt din l-esperjenza missjunarja, ltaqgħet ma’ ħafna nies, inkluż ma’ Madre Tereża. F’Calcutta, Suor Casolani, ħadmet mill-qrib ma’ Madre Tereza fejn ma sabitix diffiċli timxi fuq il-passi tagħha għaliex il-karità’, il-ġid u l-imħabba diġà’ kienet esperjenzathom lura d-dar, għand ommha u missierha. L-istess tifla tal-koppja Casolani ġiet rikonoxxuta mill-istess Madre Tereza innifisha, fejn kienet kitbet ittra lill-familja Casolani, tirringrazzjahom tal-eżistenza ta’ binthom u talli kienu nkoraġġewha tidħol soru u tgħin fil-missjoni.
Preżenti għall-ftuħ tal-kawża tagħhom hemm membri tal-familja, fosthom it-tifla tagħhom, li qed isegwu l-każ mill-qrib. Lura fi Frar, kienu nfetħu l-evidenza li hemm, fosthom ittra minn persuna li kellha kanċer f’imnieħierha, u wara ħafna testijiet u l-professuri skoprew li kien infirex, sar talb għall-interċessjoni ta’ Henry u Inez Casolani, u wara diversi testijiet u operazzjoni waħda biss, il-professuri rnexxhielhom ineħħuh kollu, il-ferita għalqet u lanqas kellha bżonn operazzjoni oħra.
Nhar it-Tnejn 5 ta’ Ġunju 2023 kien ġie ffirmat ftehim bejn il-Provinċja Agostinjana u l-Assoċjazzjoni għal dan it-trasferiment tal-fdalijiet ta’ Henry u Inez Casolani, biex ikunu trasferiti għall-qima tal-pubbliku miċ-ċimiterju tal-Addolorata għall-knisja ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta, fejn il-koppja Casolani kienu anke iżżewġu fl-1944 f’din il-Knisja. Huma rabbew lil binthom Cecilia Mary li fl-età ta’ 19 il-sena ingħaqdet mas-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparizzjoni, fejn anke fl-istess Knisja huma saru terzjarji agostinjani. Inez Casolani mietet b’fama ta’ qdusija fl-1992, b’Henry Casolani jmut seba’ snin wara b’fama ta’ qdusija ukoll.