F’Ħ’Attard infetħet dar li se tilqa fiha pazjenti nisa li għandhom problemi ta’ saħħa mentali. Id-dar kienet inizjattiva ta’ Richmond Foundation bl-għajnuna tal-Gvern.
Id-dar se tkun qed tilqa l-ewwel għaxar pazjenti nisa li jkunu ħarġu mill-Isptar Monte Karmeli sabiex jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex jerġgħu jintegraw fil-komunita.
Il-Ministru għas-saħħa Chris Fearne, fisser li din id-dar tikkumplimenta ħidmet il-Gvern biex tonqod l-istigma fuq persuni li għadnhom problemi ta’ saħħa mentali. Il-Ministru Fearne spjega li bħalissa hemm mat-13,000 pazjent li qed jingħataw kura mentali.
L-ispiża għal Richmond Foundation biex titranġa din id-dar kienet ta’ €85,000.