Fdalijiet tal-kostruzzjoni, madum , banjijiet, fridges, apparat elettroniku u kull xorta ta’ skart. Huma dawn ix-xeni li kellhom ittapnu s-sbuħija tal-Inwadar, limiti ta’ Marsascala, hekk kif maż-żmien dan il-post serva ta’ miżbla, b’whud jiddeċiedu li jarmu dak kollu li m’għandhomx bzonn hemhekk. Kien ghalhekk li l-Gvern ħabbar li jwaqqaf l-ewwel park naturali nazzjonali matul din il-leġislatura, u anke waqqaf kumitat ta’ gwida biex iħejji ix-xogħol għall-pjan tal-immaniġjar tal-park u l-qafas ta’ tmexxija.
F’konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu ingħad li l-ewwel pass biex ikun imħares dan l-ambjent naturali huwa t’tindif tal-post. Huwa maħsub li se jkunu tneħħew mal-erbgħa mitt tunellata ta’ skart bl-interventi li saru fix xhur li għaddew u bil-ħidma li għada għaddejja.
Din hija zona li l-Gvern kien ħabbar li se jkun qed jirriġenera f’park nazzjonali, biex ikun jista’ jitgawda mill-pubbliku. F’konforenza tal-aħbarijiet, ingħad li dan il-park se jkun qed isir frott ta’ liġi li tiddikjara din iz-zona bħala protetta.
Fuq il-post diġa’ tweħħlu cameras tas-sigurtà bil-ghan li jinqabdu dawk il-persuni li jarmu skart.