Wara li eluf ta’ Maltin ilbieraħ irħewla sabiex jiċċelebraw jum San Patrizju f’San Ġiljan it-toroq ta’ San Ġiljan il-Ħadd filgħodu sebħu nodfa tazza wara ħidma li saret ma’ tlugħ ix-xemx mid-direttorat għat-tindif.
12-il impjegat tad-Divizjoni tat-Tindif u Manutensjoni taħt is-Segretarjat Parlamentari ghall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 fl-4 ta’ filgħodu bdew ħidma biex inaddfu t-toroq u l-inhawi f’San Giljan. Sat-8 ta’ filgħodu sar it-tindif kollu. Inġabru madwar 7 tunellati ta’ skart.
Fuq Twitter is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista faħħar ħidmet id-direttorat filwaq li rringrazzja lill-ħaddiema taħt it-tmexxija ta’ Ramon Deguara.
Cleansing and Maintenance Division hard at work after St.Patrick’s Day celebrations. Thank you Ramon Deguara and the team! pic.twitter.com/oT84OY1ill
— Deo Debattista (@deodebattista) March 18, 2018