L-Awtorita’ għall-ambjent u r-riżorsi, fi stqarrija, spjegat li t-tixrid ta’ żejt rapportat fil-bajja tar-Rinella kien diesel.
Wara li saru r-rapporti, l-ERA bagħtet l-uffiċjali tagħha biex jinvestigaw dan l-inċident filwaqt li nfurmaw lill-Awtoritajiet responsabbli li jikkordinaw il-ħidma f’dawn il-każijiet, Transport Malta u l-protezzjoni ċivili.
Bħalissa din iż-żona qed titnaddaf wara li l-ERA tat struzzjoni biex iż-żejt migbur minn din l-ħidma ta tindif ikun trasportat minn trasportatur reġistrat tal-iskart lejn facilitá tal immaniġjar tal-iskart għat-trattament.
Għaddejja ukoll investigazzjoni mill-uffiċjali tal-ERA b’rabta ma’ dan il-każ biex jiġi determinat jekk ġewx affettwati siti oħra minn dan it-tixrid ta’ żejt.
RITRATT: Malta Diżastru Totali