Bħalissa numru ta’ ħaddiema mid-Direttorat tat-Tindif fi Triq Ċensu Costa f’Birkirkara qed ineħħu skart li ntrema b’mod illegali,b’ diversi inġenji.
Preżenti biex jara x-xogħol kien hawn il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura li fakkar kif il-Gvern investa €400,000 f’dawn l-aħħar 3 snin f’inġenji ta’ dan it-tip fosthom mħabbra l-ġimgħa li għaddiet stess – dinghy biex jitnaddaf wiċċ il-baħar, magna eco- friendly li taħsel il-wheelie bins kif ukoll 3 vannijiet oħra għad-Direttorat.
Huwa qal ukoll li preżentament qed tingħata għajnuna lil 17-il Kunsill Lokali b’valur ta’ aktar minn 1.2 miljun ewro u dan ikompli juri kemm il-Gvern huwa impenjat li jara li pajjizna ikun fl-aħjar stat possibbli.