Mara ġarrbet ġrieħi serji wara li waqgħet f’xaft fin-Nadur.
Il-każ seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta ta-ħdax u kwart ta’ filgħodu f’residenza fi Triq ir-Ramla, n-Nadur.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li mara ta’ 66 sena residenti waqgħet ġo xaft minn għoli ta’ madwar sular.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-mara ttieħdet l-isptar b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Bridget Sultana LL.D, fejn ħatret diversi esperti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.