Serba ta’ 46 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni waqgħet il-baħar.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-erbgħa u nofs fi Triq Isward f’San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei.
Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.