Franċiża ndarbet gravi wara li ntlaqtet minn vettura waqt li kienet qed issuq e-kick scooter.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn nieqes kwart ta’ dagħlodu fi Triq ix-Xatt, il-Gżira, meta raġel ta’ 23 sena li jgħix il-Pietà u li kien qed isiq vettura ta’ tip Volkswagen laqat lill-mara.
Fuq il-post immedjatament waslet ambulanza b’tim mediku li ħadet lill-Franċiża l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.