Pollakka ta’ 35 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-sitta fi Triq Santa Marija, f’tas-Sliema.Minn investigazzjonijiet preliminari mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta li Pollakka ta’ 35 sena, residenti tas-Sliema, kienet sofriet xi ġrieħi wara li allegatament intlaqtet minn vettura tal-għamla Ford Kuga, misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti ż-Żurrieq.
Hija ttieħdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.