Eġizzjana ta’ 43 sena residenti f’Raħal Ġdid, indarbet gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħal Qormi.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li Eġizzjana ta’ 43 sena residenti Raħal Ġdid, intlaqtet minn karozza tat-tip Toyota li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 64 sena residenti Ħal Qormi.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.