Franċiża ġarrbet ġrieħi gravi, wara li ħabtet bil-mutur tal-għamla Peugeot Kisbee, li kienet qed isuq flimkien ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn raġel mill-Venezuela ta’ 32 sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:30 ta’ dalgħodu, fi Triq tal-Qroqq, l-Imsida.
Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.