Spanjola ta’ 47 sena li tgħix is-Swieqi, ndarbet gravi waqt argument li nqala’ lbieraħ bejn numru ta’ persuni fi stabbiliment tad-divertiment fi Triq Tul il-Kosta, n-Naxxar.
Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-argument seħħ bejn Spanjola ta’ 47 sena, Ħamruniż ta’ 30 sena, mara ta’ 28 sena li tgħix il-Ħamrun, mara ta’ 35 sena li toqgħod Ħal Tarxien, mara ta’ 25 sena li tgħix l-Marsa, mara ta’ 19-il sena li wkoll toqgħod il-Marsa, ġuvni ta’ 16-il sena li jgħix l-Marsa u raġel ta’ 24 sena li joqgħod l-Ħamrun.
Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura medika. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.