Telefon li kien juża Adolf Hitler fit-tieni gwerra dinjija għadu kemm inxtara għas-somma ta’ $243,000 (kważi €229,000) fl-Amerka.
L-identità ta’ min xtara dan it-telephone bl-irkant f’Chesapeake City, Marlyand, ma tistax tkun żvelata. Huwa telefon aħmar, b’isem il-mexxej nazzist minqux fuqu, u nstab f’moħba f’Berlin fl-1945.
Suldati Sovjetiċi taw dan it-telephone lill-uffiċjal Inglia Sir Ralph Rayner bħala souvenir, ftit wara li l-Ġermanja rtirat. Uffiċjali fil-post fejn sar l-irkant iddeskrivew dan it-telephone bħala għodda tal-qerda tal-massa. Kien jintuża biex Hitler jagħti ordni biex jinqatlu eluf ta’ ħajjiet.
Intant xi ħadd ieħor xtara statwa tal-porċellana li kienet ta’ Hitler. L-istatwa ta’ kelb tat-tip Alsatian marret għas-somma ta’ $24,300.