Il-Malta Police Association fl-aħħar jiem għaddiet min proċess ta’ kambjament fejn jikkonċerna l-Kumitat li ser ikun qiegħed jirrappreżenta lil-membri tal-Korp għat-tlett snin li ġejjin.
Il-Kumitat il-ġdid jikkonsisti mis-Surġent Alexander Schembri (President), is-Surġent Marlon Hili (Segretarju Ġenerali), is-Surġent Andy Bellia (Teżorier), is-Surġent Sandro Mallia (Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi), l-Ispettur Neville Mercieca (Viċi President), is-Surġent Kevin Curmi (Assistent Segretarju), is-Surġent Wayne Borg (Assistent Teżorier), il-Kuntistabli Robert Mercieca (Assitent Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi) kif ukoll il-Kuntistabli Alfred Cutajar (Membru).
F’messaġġ lill-membri, is-Segretarju Ġenerali ġdid Marlon Hili fakkar fl-avvenimenti li ġraw fil-Korp matul is-sena 2018, fosthom l-inċident tal-Kuntistabli Simon Schembri u l-iffirmar tal-ftehim settorjali.
Hu awgura s-sena t-tajba lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija u l-familji tagħhom filwaqt li saħaq fuq l-importanza li kull membru tal-Korp jissieħeb mal-Unions li jirrapreżentawhom sabiex flimkien ikomplu jaħdmu għal kundizzjonijiet aħjar fuq il-post tax-xogħol.