Il-Qorti tal-Appell ippreseduta mill-Imħallef Aaron Bugeja biddlet is-sentenza ta’ ħabs fil-konfront taż-żewġ ommijiet Torok u issa minflok weħlu sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.
Il-ġimgħa l-oħra iż-żewġ ommijiet ġew ikkundannati sitt xhur ħabs effettivi wara li nstabu ħatja li daħlu f’Malta b’passaporti foloz.
Fil-Qorti, l-Imħallef Aaron Bugeja spjega li ż-żewġ nisa ġew ikkundanati l-inqas piena li l-Qorti setgħet tagħti.
L-Imħallef spjega li l-piena f’dan il-każ ma kinitx żbaljata fil-prinċipju għax dawn huma reati ta’ natura serja.
Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef Bugeja qal li fiċ-ċirkostanzi, għalkemm il-piena ta’ priġunerja għandha tibqa’, minn banda l-oħra din is-sentenza għandha tiġi mibdula.