B’investiment ta’ mitejn elf ewro, qed isiru xogħlijiet fi Triq il-Kbira fix-Xewkija, li se tkun qed tinfetaħ mill-ġdid dalwaqt.
F’din it-triq, b’tul ta’ mitejn u tmenin metru, qed terġa’ tinbena mill-ġdid u saru mill-ġdid is-servizz.
Waqt li kien qed iżur lant tax-xogħol, il-Ministru Clint Camilleri spjega kif dan il-proġett jinkludi fih il-bini mill-ġdid tat-triq li anki ngħatat it-tarmak. Il-Ministru Camilleri spjega kif għaddej b’ritmu tajjeb sabiex jiġu rranġati diversi toroq madwar il-gżira tat-tliet għoljiet.
Il-Ministru Camilleri qla, “Dan huwa propju wkoll li jkompli mal-investiment kbir li qed isir madwar Għawdex kollu, mhux biss fejn jidħlu mbagħad toroq arterjali jew toroq prinċipali iżda anke fil-qalba tal-komunitajiet tagħna, fil-qalba tal-irħula.”
Min-naħa tiegħu, is-Sindku tax-Xewkija Hubert Saliba spjega li ftit tal-ġimgħat ilu tlestiet Triq Santa Eliżabetta fix-Xewkija, b’valur ta’ €400,000.
Qal li Triq il-Kbira kienet ilha tistenna li jsir xogħol fuqha.
Saliba stqarr: “Triq li hija importanti ħafna għar-raħal tagħna u triq li kien ilha snin tistenna li tiġi asfaltata mill-ġdid.”