Din il-ġimgħa l-10 avventurużi, se jkunu qed jibdew jitilgħu vulkan li l-aħħar li żbroffa kien f’Settembru 2014. Dan il-vulkan bl-isem Mayon huwa attrazzjoni prinċipali fil-Filippini minħabba il-forma perfetta li għandu.
Il-parteċipanti jridu jasslu sa l-aktar punt għoli li n-nies jistgħu jitilgħu. Dan għaliex, meta kien seħħ l-aħħar żbroff, toroq li jwasslu sal-quċċata ġew meqruda. Parti kbira mid-diffikultà, apparti s-sħana kbira, hija dik li l-parteċipanti iridu jwasslu magħhom lil Natius; mistieden fl-avventura ta’ din is-sena u li sfortunatament iħossu ma jiflaħx.
Bħal-lum ġimgħa one.com.mt se jkun qed jiżvela it-3 persuni magħżula qalb dawk li s’issa applikaw biex jieħdu sehem fl-avventura tas-sena ddieħla. Intom mid-dar permezz ta’ facebook se tkunu qed tagħżlu l-ewwel persuna fost dawn it-tlieta li żgur se tagħmel l-avventura ta l-2017.
Dan ma jfissirx li min hu interessat ma jistax japplika, għaliex l-applikazzjonijiet għal Liquorish 2017 għadhom miftuħa. Id-dettalji ssibuhom fuq is-sit uffiċċjali www.liquorish.tv
L-avventura tkompli llejla fit-20:30 fuq ONE u ONE HD Channel 113 GO Interactive.