Drone li jġorr in-nies se jkun qed jibda “jopera b’mod regolari” f’Dubai minn Lulju li ġej, dan tħabbar mill-Kap tal-Aġenzija tat-Toroq u t-Trasport ta’ Dubai waqt l-World Government Summit.
Il-mudell Ċiniż bl-isem ta’ eHang 184 kien diġà għamel titjiriet bħala prova, fejn jiflaħ iġorr persuna waħda b’madwar 100kg bħala piż għal titjira ta’ 30 minuta.
Il-passiġġier ikun jista’ juża ħgiega apposta biex jagħżel id-destinazzjoni.
Id-drone isuq waħdu u jivvjaġġa madwar 100 mil kull siegħa.