B’referenza għall-artiklu li deher fuq il-ġurnal Times of Malta dwar il-proġett tal-enerġija, l-Gvern irrisponda fid-dettall għall-mistoqsijied kollha li ġew mistoqsija minn ‘the Daphne Project.’ Madanakolllhu il-ġurnal The times of Malta għal darb’oħra iċċensura ir-risposti tal-Gvern bl-għan li jipproduċi storja negattiva ibbażata fuq analiżi skoretta. Infatti, gazzetta oħra li ukoll tifforma parti minn The Daphne project, qalet b’mod ċar u tond li m’hemm l-ebda suġġeriment ta’ mġieba ħazina mill-partijiet involuti.
Għall-kuntarju tal-allegazzjonijiet il-konsumatur Malti illum qiegħed iħallas tariffi tal-elettriku ħafna orħos minn dawk li kien iħallas f’amministrazzjoni preċedenti. Dan in-nuqqs fit-tariffi kien possibli permezz tal-proġett tal-impjant il-ġdid tal-gass f’Delimara u it-trasformazzjoni tal-Enemalta. Dan flimkien man-nuqqas tal-emissjonijiet u tal-benefiċċji ambjentali li ħallew impatt pożittiv dwar il-kwalita ta’ ħajja f’Malta.
Huwa evidenti li t-Times of Malta immiżinterprentat in-natura tat-tranżazzjoni li saret bejn l-Enemalta u l-Electrogas Malta Limited.
Il-bidu tal-evalwazzjoni tal-proġett u r-relazzjoni kuntrattwali huma il-mudell u l-istruttura determinata minn l-Enemalta li ffurmat bazi għall-process ta’ tender kompetittiv. Il-Proġett huwa bbazat fuq Power purchase agreement u gas supply agreement, li jfisser li l-kuntrattur, f’dan il-każ l-Electrogas huwa responsabbli mill-provizjoni ta’l-infrastruttura u tal-elettriku/lng.
Wara li ġew ivvalutati numru ta’ mudelli u struttri possibli għall-qalba għall-gass bħala fjuwel aktar nadif, l-Enemalta marret għall-prodott finali flok dak ta’ infrastruttura jew LNG għalih. Din id-deċizjoni kienet ibbażata fuq informazzjoni li kellha l-Enemalta dak iż-żmien.
L-artiklu ippubblikat qiegħed jissepara dawn iż-żewġ elementi sabiex turi mod differenti għan-natura tal-proċess kompetittiv u riskji ġodda għall-proġett sħiħ. Dan kien ikun ifisser li l-Enemalta trid timmanġija u tamministra is-supply tal-LNG (li mħgandniex il-kapaċitajiet tekniċi biex tagħmel bħala kumpanija).
Il-kuntratt ġie mogħti wara proċess kompetittiv li bbaża r-riżultat finali fuq bazi ta’ ‘long run average price’ li ġie offrut mill-bidders. L-offerta tal-Electrogas Malta Limited kienet 20% orħos mill-bidder ta’ warajha.
Dan il-proċess ifforma parti minn review li saret mill-kummissjoni ewropea, fejn staqsiet numru ta’ mistoqsijiet f’livell ta’ parlament ewropew. Malta irrispondiet għall-kull mistoqsija li għamlet il-kummisjoni ewropea u spjegat l-proċess kompetittiv fid-dettal. Dan irriżulta li l-Kummissjoni Ewropea kienet sodisfatta bil-proeċedura.
Il-proġett kien ukoll impoġġi taħt skrutinju minn 9 istituzzjonijiet finanzjari u banek li assiguraw li l-proġett u t-tranżazzjoni kienu bankabli u in konformita’ ma-regulazzjoni applikabbli. Il-ftehim finanzjarju ġie iffirmat f’Diċembru 2017 u l-banek ipprovdew aktar minnn €520 miljun f’finanzjar għall-proġett. Dawn kienu jinkludu: Société Générale, KFW IPEX-Bank GMBH, HSBC Bank Malta plc, HSBC Bank plc, Bank of Valletta plc, Natixis, London Branch, BNP Paribas Fortis SA/NV, Credit Industriel et Commercial, DZ Bank AG London Branch, Rivage Euro Debt Infrastructure 2, Rivage Horizons Infrastructure Fund and Arguin Infrastructure.ruth
Enemalta plc marret aħjar minn dak stmat fil-bidu fejn kien stmat li se tifranka mal-€143 miljun. Fil-verita l-Enemalta frankar madwar €165 miljun li jinkludu €80 miljun li intużaw sabiex it-tariffi roħsu b’25% għall-konsumaturi kollha residenzjalu u kummerċjali, €85 miljun addizjonali li ġew minn offset tal-telf tal-2012 u profitt ta’ €37 miljun fl-2017. Il-Credit Agencies maġġuri jirrikonoxxu dan għaliex baqgħu jgħollu l-Credit rating tal-Enemalta għall-aħħar snin.
Il-poplu Malti ibbenefika minn dan il-proġett minn diversi aspetti. Il-konsumatur fuq rata domestika qiegħed iħallas inqas mill-medja ewropea għall-elettriku filwaqt li Malta qiegħda tibbenefika minn 50% anqas emissjonijiet u 90% inqas trab fl-arja wara l-qalba għall-sors ta’ fjuwil aktar nadif.