It-timijiet nazzjonali Maltin tal-golf tal-irġiel u n-nisa waslu f’Liechtenstein sabiex jipparteċipaw fl-għaxar edizzjoni tal-European Team Shield Championship.
Din il-parteċipazzjoni tfisser ukoll tragward storiku għall-Assoċjazzjoni Maltija tal-Golf li tellgħet l-ewwel tim femminili għall-kompetizzjoni internazzjonali. Dan it-tim hu kompost minn Filippa Schulze Doering, Laya Cristina, Elliana Buhagiar u Serena Falzon Manduca bit-tim tal-irġiel li hu magħmul minn Andrew Borg, Laurens Schulze Doering, Oliver Stuart u Trent Vella.
L-ETSC qed jintlagħab fil-Golf Club Gams-Werdenberg viċin ix-xmara Rhine u se jibda llum b’sessjonijiet ta’ prattika. Għada imbagħad jkun hemm il-logħob individwali fejn jiġu magħrufa l-plejers li jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss.
