Ajruplan li kellu 81 passiġġier, li fosthom kien hemm it-tim Brażiljan tal-futbol Chapecoense, waqa’ wara li telaq minn Bolivia u kien fi triqtu lejn il-belt ta’ Medellin fil-Kolombja.
Id-dettalji dwar dan l-inċident għadhom mhux verifikati iżda rapporti qed jgħidu li hemm sitt passiġġiera li salvaw.
It-tim tal-futbol kellhu jilgħab fil-finali tat-tazza Sudamericana kontra t-tim ta’ Atletico Nacional. L-ewwel leg tal-finali tat-tazza, li hija meqjusa bħala tieni l-aktar kompetizzjoni importanti għall-kontinent, kellha tintlagħab l-Erbgħa, iżda wara dan l-inċident ġiet sospiża.
Rapporti qed jgħidu, li dan l-ajruplan kellu abbord 72 passiġġier u disa’ persuni tal-ekwipaġġ, waqa’ f’żona fejn hemm il-muntanji.