“Qed nippreżentaw kandidati eċċellenti li ġejjin mill-oqsma kollha tal-ħajja u ġejjin minn kull sfera tas-soċjetà u għalhekk jistgħu jmexxu ‘l quddiem il-manifest ambizzjuz u konkret tal-Partit Laburista.”
Dan huwa kliem il-Prim Ministru u l-Mexxej laburista Joseph Muscat hekk kif preżenta l-kandidati tal-Partit Laburista li se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju. Il-Prim Ministru tenna li l-Partit Laburista bil-lista ta’ 70 kandidat qed jagħti għażla wiesa u tajba lill-elettorat.
Terz mill-kandidati tal-Partit Laburista huma żgħażagħ u 16% tagħhom huma nisa. Joseph Muscat ħeġġeġ liċ-ċittadini biex jivvottaw għall-kandidati kollha tal-Partit Laburista għaliex għandhom il-ħiliet biex jirrappreżentaw lil kull persuni tas-soċjetà fil-Parlament.
B’referenza għall-manifest elettorali tal-Partit Laburista, l-Prim Ministru saħaq li issa l-futur ta’ pajjiżna jista’ jibena fuq l-aqwa żmien li esperjenza sa issa pajjiżna, manifest konkret u aktar ambizzjuż minn dak tal-2013. Manifest li twettaq il-maġġoranza assoluta tiegħu u li l-Prim Ministru ta elenku tal-bidliet li għamlu wegħdi mwettqa ta’ Gvern laburista.
“Il-pajjiż xeba’ minn partit li jippjana biss għal ħames snin qabel l-elezzjoni, aħna qed nippjanaw għall-futur ta’ dan il-pajjiż,” spjega l-Mexxej Laburista. Manifest li fi kliema huwa t-triq għall-ħolma Maltija.
Gvern Laburista flimkien mal-membri tal-parlament eletti se jkun qed jindirizza dawk l-issues li ilhom snin taħt it-tapit fosthom il-prostituzzjoni u l-legalizzazjoni tal-marijuana, bl-għan ewlieni tiegħu huwa li jtejjeb il-ħajja ta’ kull ċittadin.
Għalhekk, il-Prim Ministru temm id-diskors tiegħu b’appell għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, biex jagħtu l-fiduċja tagħhom lit-tim ta’ kandidati b’saħħtu tal-Partit Laburista biex jaħdmu għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna.
Din hija l-lista tal-kandidati: