Plejers ta’ Athletic Bilbao qaxxru xagħrhom biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lil membru tat-tim tagħhom, Yeray Alvarez li bħalissa qed jagħmel l-kimoterapija fil-ġlieda kontra l-kanċer.
Alvarez telaq mit-tim Spanjol għaċ-Championship tal-Ewropa tal-Under-21 f’Ġunju minħabba t-trattament li kellu jieħu.
Hu ngħata merħba mill-isbaħ mit-tim ta’ Bilboa meta rritorna lura l-Ġimgħa.