Tim Malti li jagħmlu parti mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts ilbieraħ telgħu Franza sabiex jieħdu sehem fil-kompetizzjoni msejħa bħala MedCup 2017.
Waqt din il-kompetizzjoni se jkunu qed jieħdu sehem rappreżentanti minn Ċipru, Franza, il-Ġibraltar, il-Greċja, Malta u kif ukoll ir-Rumanija bil-kompetizzjoni tibda llum u tintemm fl-20 ta’ Mejju.
Kienu bosta li fuq il-midja soċjali awgurawlhom għal din il-kompetizzjoni.