It-tim Malti tal-isnooker kompost minn Tony Drago u Duncan Bezzina, rebħu il-kampjonat Ewropew tat-timijiet , kategorija tal-irġiel li saru matul il-ġimgħa li għaddiet fis-Serbja. Fil-finali huma għelbu lit-tim Pollakk 1 , bil-punteġġ ta’ 4 frames kontra 2.
Fil-kategorija ta’ Masters tat-timijiet, it-tim Malti kompost minn Ivan Attard u Arthur Cachia tilef fis-semi-finali kontra t-tim tal-Ingilterra bl-iskor ta’ 4-1.