Tim Malta pparteċipat fl-24 edizzjoni tal-Kampjonati Mediterranji tal-Bowling (MBC) ta’ 2022 f’Ateni, il-Greċja bejn l-1 u t-8 ta’ Mejju u rritornaw lura b-4 midalji. Tim Malta kien magħmul minn 4 atleti – 2 irġiel u 2 nisa – Mauro Anastasi, Rankin Luke Camilleri, Cynthia Frendo Duca, u Melissa Swift; huma kienu akkumpanjati mill-kowċ nazzjonali Rick Vogelesang u l-President tal-Malta Bowling Association (MBA) Edward Mifsud.
Jipparteċipaw kontra 14-il federazzjoni oħra fuq 7 kategoriji, l-iskwadra nazzjonali rnexxielha tirbaħ żewġ midalji tal-fidda u żewġ midalji tal-bronż. Mauro Anastasi u Rankin Luke Camilleri flimkien rebħu l-ewwel midalja tal-bronż fil-Men’s Doubles wara li spiċċaw il-logħob kollu b’pin żejjed minn fuq id-duo Spanjol li spiċċaw fir-raba’ post.
Il-par Melissa Swift u Cynthia Frendo Duca rebħu l-ewwel midalja tal-fidda ftit wara. Huma spiċċaw fit-tieni post wara li ntlagħbu s-sitt logħbiet.
Swift kompliet takkwista l-midalji għall-iskwadra nazzjonali waħedha l-għada. Swift imbagħad rebħet midalja tal-fidda fil-kategorija tal-All Events u midalja oħra tal-bronż meta spiċċat fit-tielet post fl-MBC Master’s; il-kategorija tal-All Events kienet ibbażata fuq l-24 logħob li ntlagħbu fil-kompetizzjoni sħiħa waqt li l-Masters kien knockout ibbażat fuq żewġ logħbiet kull rawnd bejn l-aqwa tmien nisa’ u rġiel rispettivament. B’hekk, Swift laħqet il-podju 3 darbiet għal Tim Malta; dawn kienu l-ewwel midalji Ewropej (EBF) fil-karriera tagħha.
Wara din l-edizzjoni tal-MBC, Malta żammet postha bħala l-aktar pajjiż li għamel suċċess fl-istorja tal-kompetizzjoni. Fl-istorja tagħha, Tim Malta rebħet total ta’ 116 midalji (issa daqs Greċja), u l-maġġoranza tal-midalji li ntrebħu mill-Maltin kienu dawk tad-deheb (total ta’ 41 – l-ogħla ammont għal federazzjoni nazzjonali fl-istorja tal-MBC).