It-tifla li nsterqet 18-il sena ilu bħala tarbija minn sptar fi Florida, iltaqgħet għall-ewwel darba mal-ġenituri propji tagħha.
Kamiyah Mobley għexet ħajja oħra taħt isem differenti u ma kellha l-ebda dubju li l-mara li kienet qed trabbija ma kinitx ommha propja u li serqitha bħala tarbija.
Iżda ftit ġranet wara li saret taf b’din l-aħbar li ma titwemminx, ingħatat iċ-ċans li fl-aħħar tingħaqad mal-ġenituri propji tagħha.
Kamiyah, flimkien ma l-omm u l-missier li tawha l-ħajja, ippużaw flimkien għal ritratt li jixhed il-ferħ li ħassu iż-żewġ ġenituri.
Il-ġenitrui f’kumment ma’ sit barrani qalu li tkellmu mat-tifla tagħhom u daħqu, iżda fl-ebda mument ma tkellmu b’mod negattiv jew fuq il-ħtif.
Il-mara li ħatfet lil Kamiyah qed tinżamm taħt arrest u mistennija titressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ ħtif.